Social Foundation
Social Foundation

Hidma socjali ma’ persuni b’dizabilita’

Hidma socjali ma’ persuni b’dizabilita’

Dwar;

Professjonisti ghal harsien soċjali ma’ persuni b’dizabilita’.

Din il-fondazzjoni volontarja toffri servizzi residenzjali għal persuni b'diżabilità f'Malta u Għawdex, bl-objettiv li tgħin fil-proċess lejn ħajja indipendenti, skont l-abilità u l-aspirazzjonijiet tagħhom.

Il-Professjonisti ghal Harsien Soċjali ta’ dawn il-persuni jiżguraw li l-residenti fid-djar tal-Fondazzjoni jirċievu l-ogħla livell ta’ harsien possibbli filwaqt li jara li jkomplu jsahhu relazzjonijiet pożittivi mal-familjari taghhom.

Obbligi Ewlenin tal-professjonisti soċjali

  • Komunikazzjoni u Rapportar:Jirrapportaw lill-bord ta’ l-amministraturi permezz tas-segretarju, jikkomunikaw mal-istaff u l-amministrazzjoni fid-djar residenzjali, u jagħtu aġġornamenti regolari dwar il-progress u l-iżviluppi.
  • Ħarsien tar-residenti Jistabbilixxu relazzjonijiet mill-qrib mar-residenti, iħarsu id-drittijiet tagħhom, u jiżguraw li d-drittijiet ċivili u socjali tagħhom jiġu rispettati, assigurati u gawduti mir-residenti.
  • Rabtit mal-Familja:Joħolqu rapport mal-membri tal-familja biex il-professjonisti jifhmu l-aspettattivi u l-preferenzi tagħhom biex jiżguraw l-aħjar kwalita ta’ hajja għar-residenti.
  • Kollaborazzjoni:Jikkollaboraw ma’ professjonisti u esperti ohra, jipparteċipaw f’case conferences, u jaħdmu ma’ professjonisti barra r-residenzi li jkunu nvoluti fil-kura u l-harsien tar-residenti.
  • Dokumentazzjoni u titjib:Il-professjonisti iżommu aġġornament tal-kwalita tal-hajja tar-residenti filwaqt li jipproponu titjib fis-servizzi lil Bord tal-Fondazzjoni.

Kompetenzi Ewlenin:

  • Impenn: Impenjati favur ħajja indipendenti għall-persuni b'diżabilità.
  • Affidabilità: Affidabbli, responsabbli u ħerqana biex jaraw riżultat.
  • Inizjattiva: Kreattivi u kollaborattivi.
  • Integrità: Impenjati ghal kura u harsien fl-aqwa interessi tal-persuni b’dizabilita’ residenti fid-djar tal-Fondazzjoni.
  • Tmexxija: Ikunu aġenti tal-bidla ġewwa l-organizzazzjoni u barra minnha.
  • Komunikazzjoni: Jisimghu, josservaw u jagħtu feedback kostruttiv kull fejn mehtieg.
  • Flessibbiltà: Adattabbli fl-arranġamenti tal-impjieg.

Kwalifiki:

  • Il-professjonisti soċjali għandu jkollhom grad Universitarju ta' l-ewwel livell f’xi wahda mill-ferghat tax-xjenzi soċjali, idealment kwalifici fis-social work, il-psikoloġija, occupational therapy jew fl-edukazzjoni. Kwalifici ohra relatati jkunu konsidrati.
  • Ħiliet tajba ta' komunikazzjoni, advocacy u networking.

Esperjenza:

  • Esperjenza fil qasam soċjali jew setturi relatati, idealment ma' persuni b'diżabilità.
  • Esperjenza li jaħdmu b'mod indipendenti, jiehdu l-inizjattiva, u huma persuni organizzati.

Ambjent tal-Impjieg:

Din il-pożizzjoni hija ideali għal dawk li jippreferu arranġamenti ta' ħidma flessibbli, li jridu jagħmlu impatt dirett fuq il-kwalità tal-ħajja ta’ persuni f’sitwazzjoni vulnerabbli, u li jhobbu l-awtonomija fix-xoghol taghhom mingħajr burokrazija zejda.

Advertisement published6. May 2026
Application deadline17. June 2026
Language skills
EnglishEnglish
Optional
Intermediate
MalteseMaltese
Optional
Intermediate
Type of work
Skills
PathCreated with Sketch.Social workerPathCreated with Sketch.Care (children/elderly/disabled)
Work environment
Suitable for
Professions
Job Tags