
Hidma socjali ma’ persuni b’dizabilita’
Hidma socjali ma’ persuni b’dizabilita’
Dwar;
Professjonisti ghal harsien soċjali ma’ persuni b’dizabilita’.
Din il-fondazzjoni volontarja toffri servizzi residenzjali għal persuni b'diżabilità f'Malta u Għawdex, bl-objettiv li tgħin fil-proċess lejn ħajja indipendenti, skont l-abilità u l-aspirazzjonijiet tagħhom.
Il-Professjonisti ghal Harsien Soċjali ta’ dawn il-persuni jiżguraw li l-residenti fid-djar tal-Fondazzjoni jirċievu l-ogħla livell ta’ harsien possibbli filwaqt li jara li jkomplu jsahhu relazzjonijiet pożittivi mal-familjari taghhom.
Obbligi Ewlenin tal-professjonisti soċjali
- Komunikazzjoni u Rapportar:
Jirrapportaw lill-bord ta’ l-amministraturi permezz tas-segretarju, jikkomunikaw mal-istaff u l-amministrazzjoni fid-djar residenzjali, u jagħtu aġġornamenti regolari dwar il-progress u l-iżviluppi. - Ħarsien tar-residenti Jistabbilixxu relazzjonijiet mill-qrib mar-residenti, iħarsu id-drittijiet tagħhom, u jiżguraw li d-drittijiet ċivili u socjali tagħhom jiġu rispettati, assigurati u gawduti mir-residenti.
- Rabtit mal-Familja:
Joħolqu rapport mal-membri tal-familja biex il-professjonisti jifhmu l-aspettattivi u l-preferenzi tagħhom biex jiżguraw l-aħjar kwalita ta’ hajja għar-residenti. - Kollaborazzjoni:
Jikkollaboraw ma’ professjonisti u esperti ohra, jipparteċipaw f’case conferences, u jaħdmu ma’ professjonisti barra r-residenzi li jkunu nvoluti fil-kura u l-harsien tar-residenti. - Dokumentazzjoni u titjib:
Il-professjonisti iżommu aġġornament tal-kwalita tal-hajja tar-residenti filwaqt li jipproponu titjib fis-servizzi lil Bord tal-Fondazzjoni.
Kompetenzi Ewlenin:
- Impenn: Impenjati favur ħajja indipendenti għall-persuni b'diżabilità.
- Affidabilità: Affidabbli, responsabbli u ħerqana biex jaraw riżultat.
- Inizjattiva: Kreattivi u kollaborattivi.
- Integrità: Impenjati ghal kura u harsien fl-aqwa interessi tal-persuni b’dizabilita’ residenti fid-djar tal-Fondazzjoni.
- Tmexxija: Ikunu aġenti tal-bidla ġewwa l-organizzazzjoni u barra minnha.
- Komunikazzjoni: Jisimghu, josservaw u jagħtu feedback kostruttiv kull fejn mehtieg.
- Flessibbiltà: Adattabbli fl-arranġamenti tal-impjieg.
Kwalifiki:
- Il-professjonisti soċjali għandu jkollhom grad Universitarju ta' l-ewwel livell f’xi wahda mill-ferghat tax-xjenzi soċjali, idealment kwalifici fis-social work, il-psikoloġija, occupational therapy jew fl-edukazzjoni. Kwalifici ohra relatati jkunu konsidrati.
- Ħiliet tajba ta' komunikazzjoni, advocacy u networking.
Esperjenza:
- Esperjenza fil qasam soċjali jew setturi relatati, idealment ma' persuni b'diżabilità.
- Esperjenza li jaħdmu b'mod indipendenti, jiehdu l-inizjattiva, u huma persuni organizzati.
Ambjent tal-Impjieg:
Din il-pożizzjoni hija ideali għal dawk li jippreferu arranġamenti ta' ħidma flessibbli, li jridu jagħmlu impatt dirett fuq il-kwalità tal-ħajja ta’ persuni f’sitwazzjoni vulnerabbli, u li jhobbu l-awtonomija fix-xoghol taghhom mingħajr burokrazija zejda.













