

Rappreżentant tal-Bejgħ
Bil-fuq minn 50 sena fin-negozju, il-kumpanija kibret f’wieħed mill-fornituri ewlenin f’Malta fis-servizzi tal-bini u infrastruttura. Materjali ta’ kostruzzjoni, addittivi tal-konkos, prodotti kontra l-ilma, żebgħat, prodotti ta' sigurtà fuq il-post tax-xogħol, prodotti ta’ restawr tal-ġebla Maltija, ġeneraturi tad-dawl, għodda u ħafna aktar.
Responsabbiltajiet ewlenin jinkludu però mhux limitati:
• Bejgħ u reklamar.
• Isservi ta' appoġġ lit-tim u tikkumplimenta fil-bżonnijiet ta’ kuljum.
• Tirrapporta direttament lis-superjuri u tipprovdi rapporti u inizjattivi konsistenti.
• Tkattar ir-rotta preżenti u iżżid fuqha.
Rekwiżiti meħtieġa:
• Kunfidenza fil-qasam tal-bejgħ.
• Passjoni għall-prodotti relatati mal-bini u kostruzzjoni inġenerali.
• Kapaċita ta' tkattir ta' relazzjoni pożittiva mal-klijenti.
• Pussess ta' liċenzja tas-sewqan nadifa.
• Dehra pulita u nadifa.
• Attitudni pożittiva
Dak li ser tirċievi:
• Impjieg sigur ma' kumpanija soda u strutturata.
• Ambjent tax-xogħol pjaċevoli.











